Min juża Gmail m’għandux jistenna privatezza

Il-kumpanija Google ammettiet li dawk li jużaw il-Gmail m’għandhomx jistennew li l-privatezza tagħhom tkun rispettata.

Google iddikjarat dan bi tweġiba għal kawża kontrieha b’akkuża li qed tikser il-liġijiet tal-privatezza minħabba li taqra l-imejls.

Il-ġimgħa li għaddiet, sar magħruf li s-sistema tal-Android tal-Google tista’ tkun taf fejn tinsab persuna, anke meta l-Wi-Fi tal-mobile ikun mitfi.

Kull imejl li tintbagħat tkun analizzata kelma b’kelma biex jintbagħtu riklami li jkunu jaqblu mal-kontenut tagħhom.

Google ġiet kritikata li tagħti iktar importanza lill-profitti milli l-privatezza tan-nies. Bi tweġiba, il-kumpanija qalet li bl-istess mod li f’uffiċju, persuna tiftaħ il-posta tal-oħrajn, l-imejls li jgħaddu minn Gmail jiġu proċessati mill-kumpanija Google.