Min juża drogi qawwija għandu problema, mhux kriminal – AD

L-Alternattiva Demokratika (AD) qalet li min juża’ drogi qawwija għandu jitqies bħala persuna bi problema medika u soċjali u mhux kriminal.

Fi stqarrija l-partit qal ukoll li fil-każ tal-kannabis din għandha tkun legali għall-użu personali. 
Iċ-Ċerpersin tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo qal li wasal iż-żmien li Malta tieħu l-pass li jmiss fil-politika tad-droga biex issir politika b’wiċċ uman u mhux waħda ta’ ripressjoni.
Cacopardo qal dan waqt laqgħa bejn l-AD u rappreżentanti tal-kampanja Releaf. Huma ddiskutew il-liġijiet dwar id-droga u l-kannabis.
Cacopardo stqarr li “il-mudell Portugiz fil-qasam tad-droga irnexxa. Wasal iż-żmien li nitgħallmu minn din l-esperjenza."