Min jivvjaġġa minn Malta għal Piemonte irid jagħmel test tal-Covid-19

swabbing center

Il-President tar-reġjun Piemonte fl-Italja Alberto Cirio ħabbar illi dawk in-nies ġejjin minn Malta, minn Spanja, mill-Greċja u mill-Kroazja issa jridu jagħmlu test tal-coronavirus qabel jew wara ma jidħlu f’dan ir-reġjun.

Fuq Facebook, Cirio spjega li din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba l-għadd allarmanti ta’ każijiet f’dawn il-pajjiżi.

Huwa wissa li kull min irid jidħol fi Piemonta u jkun ġej minn wieħed minn dawn l-erba’ pajjiżi, irid jagħmel swab test fis-sigħat qabel jitlaq biex jurih lill-awtoritajiet malli jasal, inkella jrid imur jagħmel it-test fi Piemonte stess.

Cirio insista li dan se jsir sabiex l-imxija tal-coronavirus tinżamm taħt kontroll.

Piemonte jinkludi l-bliet Turin u Asti. Ir-reġjun huwa t-tieni l-akbar wara Sqallija, u jmiss mal-fruntieri ta’ Franza u l-Iżvizzera.

🔴 RIENTRI DA SPAGNA, GRECIA, MALTA E CROAZIADa oggi, d’intesa con il Ministero della Salute, ho dato indicazione alla…

Posted by Alberto Cirio on Thursday, August 13, 2020

Din l-aħbar issegwi dik ta’ ftit jiem ilu, li l-Italja qed tikkunsidra li tintroduċi testijiet għal min ikun qed jivvjaġġa lejn il-pajjiż minn Malta u l-Kroazja minħabba ż-żieda fil-każijiet.

Diġà ġie deċiż li dan it-test se jsir għal dawk kollha li jirritornaw Sqallija minn Malta, billi bosta Sqallin marru lura fi gżirithom bil-coronavirus.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn