Min jista’ jieħu post Suarez ma’ Barcelona?

Barcelona ħabbru min huma l-ħames plejers li tefgħu għajnejhom fuqhom biex jieħdu post Luis Suarez. Fosthom hemm l-attakkant ta’ Arsenal Pierre-Emerick Aubameyang.

Suarez aktar kmieni dan ix-xahar weġġa’ u jista’ jkun li se jkollu jibqa’ barra mil-logħba għal xhur sħaħ.

Il-gazzetta Evening Standard qed tirrapporta li l-maniġer il-ġdid ta’ Barca Quique Setien identifika ħames attakkanti li jista’ jkun jieħdu post Suarez. Apparti l-attakkant ta’ Arsenal, hemm ukoll l-attakkant ta’ Inter Milan Lautaro Martinez. Qed ikun irrappurtat li Martinez hu l-favorit bħalissa iżda biex jingħata r-release, irid jitħallas kont ta’ €111 miljun.

Il-plejer ta’ 22 sena skurja 10 gowls f’20 logħba tas-Serie A dan l-istaġun.

Ma’ Aubameyang hemm Timo Werner ta’ RB Leipzig, Ezequeil ‘Chimy’ Avila minn Osasuna u Rodrigo ta’ Valencia.