​Min jispara fuq tajr protett mhux kaċċatur

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) tisħaq li min jispara fuq tajr protett mhux kaċċattur u ma jistħoqqx li jkun membru tagħha u jkollu liċenzja tal-kaċċa.
 
Fi stqarrija, l-FKNK qalet li kull min qed iwettaq atti kriminali fuq tajr protett, m’għandux post fi ħdanha u lanqas post f’pajjiż ċivilizzat.
 
Sostniet li dawn l-atti illegali qed jintużaw minn min hu kontra l-kaċċa u l-insib legali u sostenibbli. Barra minn hekk qed jimmina l-isforzi tal-FKNK stess sabiex jitfa’ lil kull kaċċatur u nassab illiċenzjat f’keffa waħda.
 
L-FKNK qed tappella lill-membri tagħha biex jirrappurtaw kull attività illegali lill-pulizija.