​“Min jikxef l-abbuż qed jiġi intimidat” – Arrigo

Il-kandidat għall-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo qal li min qed jikxef l-abbuż jiġi intimidat, sakemm fl-aħħar jissikket darba ghal dejjem.
Huwa qal xhieda ta’ dan huwa l-#galiziabarra li kien qed idur fuq Facebook.
Semma kif l-istituzzjonijiet, li suppost jagħtu serħan tal-moħħ liċ-ċittadin, fallew u n-nies tilfu l-fiduċja taghhom fihom. Il-qtil tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia huwa xhieda ta’ dan.
Arrigo sostna li l-poplu mhux biss ixxukkjat b’dak li ġara, iżda irrabjat għal min suppost jara li ma jsirux brutalitajiet bħal dawn.
Dan kollu qal ikompli jkabbar il-ħtieġa ta’ Oppożizzjoni effettiva, b’saħħitha u maqgħuda.