“Min jaħsad ir-riħ, joħloq riefnu” – Il-PM dwar ir-Rapport tal-GRECO

Il-Prim Ministru Joseph Muscat wissa li min jaħsad ir-riħ joħloq riefnu.  Muscat kien qed jitkellem fil-ftuħ tad-diskussjoni mingħajr vot dwar ir-Rapport ta’ Evalwazzjoni tal-GRECO li ġie ppubblikat fit-3 ta’ April li għadda. Huwa qal li fil-passat is-sistema demokratika kienet deskritta mill-GRECO bħala ‘all-in-the-family Jamboree’, wara li l-Prim Imħallef u l-President tar-Repubblika kienu jiġu minn xulxin.

Il-Gvern jawtorizza l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-GRECO

Il-Prim Ministru qal li dan ir-rapport tal-GRECO, grupp ta’ stati tal-Kunsill tal-Ewropa kontra l-Korruzzjoni kien influwenzat mill-Partit Nazzjonalista u jiddeskrivi sitwazzjoni fejn il-libertà ta’ espressjoni hija maħnuqa. Madanakollu saħaq li dan il-Gvern saħħaħ il-mezzi tax-xandir bl-emendi li għamel fil-liġi tal-istampa.

Istituzzjonijiet tajbin fuq il-karta; imma effettivi? – GRECO

“Biex tiskonġra trid tkun pur” – Fearne lill-PN

 Minn naħa tiegħu, id-deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li biex tiskonġra trid tkun pur u li l-Partit Nazzjonalista m’għandu l-ebda krettu għax fil-passat għamel agħar minn dak li qed jiġi akkużat bih il-Gvern fir-rapport tal-GRECO li kien instigat mill-istess membri tal-Oppożizzjoni.

Fearne qal li l-kundanna l-Partit Nazzjonalista se jeħodha fil-25 ta’ Mejju. Hu fakkar li fl-Oppożizzjoni, il-Partit Laburista kien jiġbed l-istess ħabel mal-Gvern meta l-pajjiż kien taħt sħaba. Qal li hekk għamel meta l-Eks Kummissarju John Dalli tneħħa mill-kariga tiegħu u l-Partit Laburista appoġġa l-kandidatura ta’ dak li kien id-deputat kap tal-PN Tonio Borg. Madanakollu enfasizza li mhux l-istess għamlet l-Oppożizzjoni preżenti meta xewxet kontra n-nomini ta’ Leo Brincat u Toni Abela għal ħatriet fil-istituzzjonijiet Ewropej.

Delia jipproponi twaqqif ta’ kumitat parlamentari “biex isalva lil Malta”

“Ħdimna biex implimentajna rakkomandazzjonijiet passati tal-Greco” – Bonnici

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi qal li l-Gvern ħadem biex jimplimenta rakkomandazzjonijiet passati tal-GRECO. Huwa qal li sena wara l-oħra, il-GRECO kien isawwat lill-Gvern fuq il-liġi finanzjarja tal-Partit Politiċi.

Fisser li dan il-Gvern ħadem u implimenta liġi finanzjarja. Huwa qal li l-ikbar kriżi ġudizzjarja li qatt għadda minnha l-pajjiż kien fil-każ ta’ meta żewġ imħallfin inqabdu f’korruzzjoni li l-Ministru ammetta li ma kienx it-tort tal-Gvern tal-ġurnata. Argumenta li kieku dan ġara fi żmien Gvern Laburista, il-membri tal-Oppożizzjoni fosthom David Casa kien imur ixewwex kontra l-Gvern fl-istituzzjonijiet Ewropej.

Hemm bżonn li tittieħed azzjoni immedjata – GRECO