“Min jaħdem f’child care centre sfruttat għax bla unjin”

Impjegata f’child care centre, qalet li ċ-child carers f’Malta qed jiġu sfruttati u dan minħabba li m’hawnx unjin apposta għal dawn il-ħaddiema.
F’kummenti ma’ Newsbook.com.mt, Tereża* li kienet impjegata ma’ erba’ child care centres privati, qalet li kull fejn marret, dejjem sabet xi tip ta’ diskriminazzjoni fil-konfront ta’ dawn il-ħaddiema.
Fost dawn semmiet kif ikun hemm ratio ħafna ikbar ta’ tfal għal kull child carer milli kemm suppost u dan jitfa’ responsabiltajiet żejda fuqhom.
Fl-esperjenza tagħha, qalet li rat ukoll diversi abbużi fil-konfront ta’ tfal fejn semmiet kif tifel bi speech delay ma ġiex aċċettat minn child care centre, propju minħabba li kellu din il-kundizzjoni.
Ħeġġet ukoll għal iktar spezzjonijiet rigorużi u spissi mill-awtoritajiet fiċ-child care centres sabiex dawn l-abbużi jitrażżnu.
* Tereża huwa isem fittizju.