“Min ivvota għat-tlieta fil-qiegħ?” – Howard

Ritratt: Facebook/XFactorMalta

Wara li l-Ħadd li għadda waqt il-programm X Factor inqalgħu tnejn mill-favoriti li kien hemm f’din il-kompetizzjoni, bosta huma dawk li kkritikaw il-mod kif żvolġew l-affarijiet. Kulħadd donnu jrid jgħid tiegħu, min jaqbel u min ma jaqbilx.

Wara li Ira Losco u Ray Mercieca esprimew l-opinjoni tagħhom fuq l-eliminazzjoni ta’ Jasmine Abela u Dav.Jr, issa kien imiss lil Howard Keith Debono biex igħid tiegħu wkoll. Huwa tkellem fuq iż-żewġ għażliet li kellhom.

L-ewwel għazla:

“Nsejħu “deadlock” u nagħtuha lura lill-pubbliku” – deċiżjoni li għall-pubbliku kienet waħda ħażina.

It-tieni għażla:

“Aħna nwarrbu l-vot pubbliku u niddeċiedu bejnietna” qal hu hekk kif spjega li mbagħad jiġu kkritikati li huma preġudikati.

“Allura dik hija wkoll għażla ħażina!” qal hu.

Debono staqsa allura liema waħda hija s-soluzzjoni t-tajba hekk kif fakkar ukoll “Min ivvota għat-3 tal-qiegħ?”

Howard fakkar li huwa l-pubbliku li jiddeċiedi min kull ġimgħa jsalva jew le il-parteċipanti f’din il-kompetizzjoni.

“Aħna għażilna l-aqwa 12-il finalist. Issa huwa l-pubbliku li jeħtieġ li jagħżel dawk li għandhom il-kwalitajiet ta’ rebbieħ. Jekk niftakar sew, kien hemm pjuttost ftit teoriji ta’ konspirazzjoni s-sena li għaddiet,” irrimarka wkoll hekk kif innota li anki din is-sena qed jerġa’ jiġri l-istess.

“Dak li hu ċar ukoll hu ħaġa li kulħadd irid jipponta subgħajh!” temm igħid hu.

Ritratt: Facebook/HowardKeithDebono

It-tielet live show ta’ X Factor Malta se jsir nhar il-Ħadd 26 ta’ Jannar. Għall-biljetti idħlu fis-sit showshappening.com

Tistgħu wkoll tidħlu fiċ-ċans li tirbħu biljetti kull ġimgħa permezz ta’ kompetizzjoni fuq il-paġna Facebook ta’ Newsbook Lifestlye. Idħlu fil-paġna u agħfsu “Like” u segwu l-istruzzjonijiet.