Min isiefer minn Malta lejn l-Ingilterra ma jridx imur kwarantina

Miguela Xuereb

Il-persuni li jsiefru minn Malta lejn l-Ingilterra ma jridux imorru kwarantina meta jidħlu fil-pajjiż.

Fi stqarrrija l-Gvern Ingliż qal li dan it-tibdil jidħol fis-seħħ mill-10 ta’ Lulju.

Il-lista tal-pajjiżi fuq it-travel corridor list

Skont l-awtoritajiet Ingliżi jekk wieħed ikun qed jasal l-Ingilterra wara li jkun żar wieħed jew aktar minn dawn il-pajjiżi biss fl-aħħar 14-il ġurnata, wieħed ma jkollux għalfejn jagħmel self-isolation.

Min-naħa l-oħra wieħed irid jagħmel self-isolation għal 14-il ġurnata jekk ikun dieħel l-Ingilterra minn pajjiż li mhuwiex fuq din il-lista.

Passenger locator form

Qabel ma wieħed jasal l-Ingilterra, wieħed irid ilesti passenger locator form. Din għandha tiġi ppreżentata meta wieħed jasal l-Ingilterra. Dan japplika kemm għal viżitaturi kif ukoll għal residenti tar-Renju Unit.