Min ikisser, iwieġeb hu!

F’għeluq il-150 sena mit-twaqqif tal-Federazzjoni tal-Futbol Ingliża, il-Prinċep William xtaq jagħmel logħba futbol fuq il-ħaxix ta’ Buckingham Palace. Ħa l-permess mingħand ir-Reġina Eliżabetta II u n-nanna ma qalitx le lin-neputi eredi tagħha.

Fil-fatt saret logħba bejn Polytechnic FC u Civil Service FC. Il-Prinċep William tħarreġ ftit mal-plejers u wera ftit mill-kapaċitajiet tiegħu fil-futbol.

Biss il-Prinċep għamlilhom kundizzjoni mill-bidu, li min ikisser xi ħġieġa kellu jwieġeb hu lir-reġina!