Min iħaddem ma jridx iħallas għall-10 ijiem paternity leave

L-Assoċċjazzjoni Maltija għal Min Iħaddem (MEA) qalet li min iħaddem ma jridx iħallas għal miżuri favur il-familja ġodda bħaż-żieda ta’ għaxart ijiem leave għall-missirijiet ġodda.

Fi stqarrija, l-MEA qalet li l-Gvern għandu jkun dak li jħallas għal spejjeż ġodda b’rabta ma’ miżuri li tħabbru mill-Kummissjoni Ewropea dwar direttiva ġdida ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja.

L-MEA qalet li jekk il-proposta tgħaddi, se jiżdiedu benefiċċji għall-ġenituri u carers biex jibbilanċjaw il-ħajja tagħhom max-xogħol. Missirijiet se jgawdu minn għaxart ijiem leave u jkun hemm lok għal erba’ xhur ta’ parental leave u leave annwali ta’ ħamest ijiem carer’s leave.

L-MEA qalet li filwaqt li mhix kontra miżuri favur il-famliji, dawn il-benefiċċji m’għandhomx iżidu fuq l-ispiża finanzjarja li min iħaddem diġà għandu peress li jħallas il-leave tal-maternità u ż-żieda fil-leave annwali. L-assoċjazzjoni qalet li Malta qiegħda fost dawk il-pajjiżi li l-aktar għandhom jiem ta’ leave annwali fid-dinja.

Tista’ taqra aktar fid-dettall dwar x’qed jiġi propost minn hawn.