Min iħaddem jista’ jara l-messaġġi privati tal-ħaddiema

Min iħaddem jista’ jara l-messaġġi privati li jibagħtu l-ħaddiema fuq chats u imejls waqt il-ħin tax-xogħol.
Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu iddeċidiet li kumpanija kellha d-dritt li taqra chats fuq il-Yahoo Messenger, li bagħat impjegat waqt li kien xogħol.
Din id-deċiżjoni torbot lill-pajjiżi kollha li rratifikaw il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.
Il-kawża kienet infetħet mill-impjegat, li fl-2007 tkeċċa mill-kumpanija wara li qrat il-messaġġi li bagħat.
L-imħallfin qalu li l-impjegat kiser ir-regoli tal-kumpanija u li min iħaddmu kellu d-dritt jiċċekkja li kien qed ikompli b’xogħlu.
Il-ħaddiem, inġinier fir-Rumanija, talab lill-qorti biex tieħu passi kontra min iħaddmu għax skont hu kissru d-dritt ta’ kunfidenzjalità, meta aċċessaw messaġġi li bagħat.
Minħabba li l-kumpanija kienet skopriet li kien qed juża l-Yahoo Messenger għax-xogħol u għall-użu personali.
Għaldaqstant, minħabba li kien kont relatat max-xogħol, il-Qorti ddeċidiet li l-kumpanija ma żbaljatx.