Min huma s-sorijiet tal-iskejjel ta’ Santa Monica?

Sr Rachel Frendo osa – is-Superjura tal-Agostinjani Nisa  u  James Aquilina li huwa kap ta’ skola tal-knisja ser ikunu l-mistiedna ta’ Francesca Polidano waqt dan il-programm JienInt li jixxandar illejla fuq Net TV.

Kif issa drajna naraw, waqt il-programm tal-lum ser insiru nafu aktar dwar Tereza Spinelli, il-fundatriċi ta’ dawn is-sorijiet li wkoll għandhom diversi skejjel f’Malta u anke barra minn Malta.

Għaliex l-iskejjel tagħhom jissejħu skola ta’ Santa Monica?  Min huma dawn is-sorijiet u x’inhi l-Kariżma prinċipali tagħhom.  Biex iwiegbu dawn il-mistoqsijiet ser niltaqgħu ma’ Sister Marica Briffa, Sister Veronica Gerada, u Sister Miriam Grech għalkemm bħalissa tinsab Malta, hija ħadmet ħafna fin-Niġerja.   Programm interessanti mimli b’features li jgħinu biex aħna nsiru nafu aktar dwar persuni li għamlu differenza f’ħajjithom.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi media, b’direzzjoni Fr Louis Mallia.

JienInt jixxandar illum il-Ħamis 29 ta’ Ottubru fl-9.50pm b’repetizzjoni l-Ħadd fis-2.00pm fuq NET TV