Min huma l-vittmi tal-isparaturi fi Florida?

S’issa ġew identifikati tlett persuni mis-17 li mietu wara li żagħżugħ beda jispara ġo skola fi Florida ilbieraħ.
Skont il-midja internazzjonali, is-suspettat għandu 19-il sena u kien tkeċċa għal raġunijiet dixxiplinarji mill-istess skola li lbieraħ daħal jispara fiha.
Min kienu dawn il-vittmi?
Jaime Guttenberg

Jaime kienet studenta tal-istess skola. Ommha u missierha ġew infurmati bil-mewt tagħha ftit tas-sigħat wara. Ħuha li jattendi l-istess skola rnexxielu jsalva.
Martin Duque

Martin, tifel ta’ 14-il sena kien vittma oħra ta’ dan l-attakk. Hu ġie kkonfermat mejjet minn ħuh fuq Instagram fejn qal li jinsab imbikkem bil-qtil ta’ Martin u jittama li issa qiegħed f’post aħjar.
Aaron Feis

Il-kowċ tal-futbol tal-iskola nqatel b’tir waqt li kien qed jipproteġi student mill-aggressur.
Oħrajn ikkonfermati li ndarbu serjament
Chris Hixon

Id-Direttur tal-atletika tal-iskola ndarab wara li ntlaqat minn tir. Ekskollega tiegħu iddeskrivih bħala persuna ta’ qalb tajba u li jagħmel minn kollox biex jara lil ta’ madwaru kuntenti.
Ben Wikander

Ben huwa student tal-istess skola li ntlaqat minn total ta’ tlett tiri. Hu ttieħed l-isptar immedjatament.