Min huma l-plejers tal-basketball tax-xahar tal-BOV?

L-unur tal-BOV plejer tax-xahar t’April, fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-irġiel, intrebaħ mill-Ispanjol Alvaro Lizaur. 
Samantha Brincat, minn  Hibernians, rebħet it-tieni premju individwali tagħha, u ġiet ukoll ivvutata bħala l-Iktar Plejer ta’ Valur (MVP) tas-serje finali, wara li kienet strumentali fir-rebħa tal-kampjonat tan-nisa. 
Mil-Luxol, is-Serbjan Vukassin Jandric rebaħ l-unur tal-BOV Ameteur League, it-tieni unur tiegħu f’dan l-istaġun. 
L-Uffiċjal Kap tal-Bank of Valletta, Peter Perotti, ippreżenta plakka kommemorattiva lir-rebbieħa.