Min huma l-karattri ġodda fi Ħbieb u Għedewwa?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa se naraw lil Decelis ikellem lill-Madre dwar Rachel. Xi spjegazzjoni jrid? X’se jgħidu fuq Faye?  U l-Madre x’se tgħidlu dwar Rachel u l-atteġġament tiegħu?

Illum niltaqgħu ma’ Jackie. Min hi? U Mr Farrugia min hu? X’se tmur tagħmel Sandra għandu?

Sadanittant Adam imur ikellem lil Etienne. Xi jrid u x’se joffrielu Etienne?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Ros, bi produzzjoni ta’ Rewind. Jixxandar illum fl-3.45pm fuq Melita More, Channel 315.