Min huma l-foqra fl-ispirtu li jsemmi Ġesù?

Illum waqt il-programm JienInt li jixxandar fl-4.30pm fuq l-istazzjon Net, Francesca Polidano se tibda titkellem dwar il-Beatitudnijiet li Ġesù għallem lill-ġemgħa li kienu qed jisimgħuh jitkellem. 

Il-Beatitudnijiet huma mod ta’ kif wieħed jista’ jgħix il-ħajja b’aktar pożittività milli bi kmand.  Il-mistiedna Edward Wrigħt u MaryRose Lewis, se jitkellmu dwar dan u aktar.  Ir-rifflessjoni se tiffoka fuq l-ewwel Beatitudni: “Ħenjin il-foqra fl-ispirtu għax tagħhom hija s-saltna tas-smewwiet”.

Min huma l-foqra fl-ispirtu li qed isemmi Ġesù? X’inhi u fejn hi s-saltna tas-smewwiet.  Dan ifisser li l-għonja ma għandhomx ċans li jidħlu fis-saltna tas-smewwiet.?  

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPI Media, b’direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia MSSP u Paul Jones.

Il-programm ikollu repetizzjoni l-Ħadd fis-7.30am fuq Net.