Min huma l-favoriti?

World Cup Luzhniki Stadium

Read in English.

Jekk fil-futbol qatt ma tista’ tgħid x’se jiġri, aħseb u ara kemm anqas tista’ tagħmel hekk dwar it-Tazza tad-Dinja. Minkejja kollox il-predizzjonijiet ma jonqsux. Jien mhux se nissogra ngħid min se jirbaħ iżda nsemmi biss erba’ mill-aktar favoriti.

BRAŻIL

Fl-2014 il-Ġermanja kienu imassakraw lill-Brażil b’tidwira ta’ 7-1. Dak hu il-passat. It-tim tal-lum huwa tim mibdul għal kollox tant li issa rebaħ lill-Ġermanja 1-0. Il-plejers Gabriel Jesus, Alisson and Coutinho żgur li se jħallu l-marka tagħhom. Aħseb u ara x’se jagħmel Neymar. Kien hemm dubju jekk hux se jfiq; iżda fieq eżattament fil-ħin biex ipaxxi lid-dilettanti u jbeżża’ lill-avversarji bil-logħob tiegħu.

FRANZA

Franza għandha tim ippakkjat bi stilel kbar: Pogba, Griezmann, Mbappe and Dembele. Dawn jgħollu ċ-ċansijiet ta’ Franza li tirbaħ it-Tazza tad-Dinja. Jekk jiġri hekk ikun unur speċjali għall-kowċ Deschamps għax flimkien ma’ Mario Zagallo u Franz Beckenbauer ikun it-tielet raġel li jkun rebaħ it-tazza bħala plejer u bħala kowċ.

ĠERMANJA

Il-Ġermanja rebħet it-Tazza erba’ snin ilu. Illum għandhom tim aktar b’saħħtu. Tgħid jirnexxilhom jagħmluha għat-tieni darba? Timo Werner, Leon Goretzka u Joshua Kimmich urew xi jsarfu fir-rebħ tal- FIFA Confederations Cup. Żgur li huma għatxana li jirbħu anke f’Moska.

SPANJA

Spanja għamlet kollox barra impressjonat la fil-logħob fil-Brażil fl-2014 u l-anqas fil-UEFA EURO 2016. L-esperti, iżda, qed jgħidu li din id-darba taf tkun storja differentil. Spanja għandha taħlita ta’ plejers b’esperjenza u oħrajn mimlija entużjażmu bil-ġuħ għar-rebħ. Irridu nistennew ir-riżultati biex inkunu nafu jekk it-taħlita li għamel Julen Lopetegui kienetx taħlita mirakoluża jew le.