Min hu Zaharan, il-wiċċ wara l-attakki fis-Sri Lanka?

Jinkixfu l-uċuħ wara l-attakk terroristiku ta’ Sri Lanka f’Ħadd il-Għid. Wara li l-istat Iżlamiku ħa r-responsabilita’ tal-attakki u ħalef lealta’ lejn il-kap tiegħu Abu Bakr al-Baghdadi, bdew isiru magħruf minn wettaq l-attakk. L-uniku persuna f’wiċċ mikxuf ġie dentifikat bħala Mohammed Zaharan, żagħżugħ ta’ 30 sena, predikatur u mexxej ta’ grupp radikalist. Hu mexxa l-attakki fuq l-lukanda Shangr-La f’ Columbo.

Is-seba’ persuna l-oħra li kienu jinkludu mara ġejjin minn familji edukati u sinjuri.

Filmati mill-kameras tas-sigurta’ juru t-terroristi jġorru l-isplussivi f’basktijiet fuq darhom, jinħbew wara brieret. Tnejn inqabdu jbiddlu l-ħwejjeġ tagħhom biex ma jintgħarfux. Oħrajn qed jidhru jieħdu istruzzjonijiet minn fuq il-mobiles, evidenza li dan kien attakk kordinat.

Zaharan twieled fil-belt Musulmana ta’ Kattankudy, 7 sigħat ‘il bogħod minn Colombo, l-kbir ġo familja fqira ta’ ħames ulied. Sħabu jiddiskrivewh bħala persuna arroganti, oratur tajjeb b’ veduti radikali dwar l-Islam.

Iżda kapijiet tal-kommunita Musulmana qalet hu tkeċċa minn kulleġġ reliġjuż wara li kiser ir-regoli. Hu waqqaf il-grupp national Towheed Jamaat fl-2012 biex jikkritika lin-nies oħra fl-istess fidi Musulmana.

Zaharan stqarr li hu supporter tal-IS fl-2017 meta ħarab minn post twieldu wara li kien imfittex mill-pulizija.

Minkejja li kien fir-radar tal-Intelligence Indjana qatt ma kien imfittex bis-serjeta’ mill-awtoritajiet ta’ Sri Lanka u minflok kien kapaċi jittrasforma ruħu b’terrorist li tfaċċa fl-attakki fuq il-Hotel Shang-ri La.