Min hu t-traditur f’Agii?

Dalgħodu fl-10.15am tkompli s-sensiela Il-Misteru tan-Nannu Ton li qed tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq TVM.

Fl-ewwel episodju li jixxandar illum tfeġġ il-mistoqsija dwar kif issa li nafu fejn verament jinsab il-ktieb tal-Misteri, in-nannu fejn hu?

Fil-ktieb tal-Misteri insiru nafu bi traditur. Min hu t-traditur f’Agii? Waqt li Mark u Sharon imorru biex jerġgħu jippruvaw jsalvaw lin-nannu jkollhom jirritornaw lura malajr! Hemm in-nanna fil-kamra tan-nannu.

In-nanna taf xi ħaġa u tixtieq tkun taf x’jafu t-tfal. Jidher li n-nanna taf aktar milli kienu qed jaħsbu Mark u Sharon. Mela x’taf eżatt? Tgħid in-nanna taf kollox u qed iżżomm kollox sigriet?

Fit-tieni episodju tal-ġurnata, li jaħbat it-12-il episodju minn din is-sensiela nippruvaw niskopru x’taf in-nannu dwar il-kamra tan-nannu? Taf kollox jew le? X’hemm li ma tafx? Jekk in-nanna jkollha tmur f’Agii, x’se ssib? U xi ssib lest għaliha?

Fid-dinja ta’ Agii hemm ħafna nkwiet. Xewka għalxiex tridu eżatt lin-nannu? U Warda x’se tagħmel biex issib fejn hi Xewka? Min għandu l-aqwa poteri? Xewka jew Warda?

F’nofs dan kollu Mark u Sharon flimkien ma’ Nusu jridu jaraw kif se jsolvu kollox. Għandha xorti tajba n-nanna? Kollox jispiċċa fl-aħħar mument. U issa x’se jiġri?

Jieħdu sehem: Jurgen Ciantar, Carly Zarb, Raoul Briffa, Dylan Hili, Amarea Camilleri, Rebecca Ferrante, Louise Cassar u Mike Mifsud fost oħrajn.

Is-sensiela għandha kitba ta‘ Dominic Said, produzzjoni ta‘ Hermann Bonaci u direzzjoni ta‘ Frida Cauchi.