Min hu r-raġel fuq il-vidjow?

Tkompli s-sensiela Manwela li qed tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5.15pm fuq Melita More, Cable Channel 315.

Fl-episodju tal-lum il-Ħamis naraw Jennifer x’se tgħid lil Claude dwar ir-rigal li kienet tat Simone lil Manwela? Noah mar lura d-dar wara ġurnata xogħol l-isptar. X’qalilha lil Sarah?Għadha irrabjata miegħu jew le? Spjegalha għaliex kien mar tard id-dar. Emnitu jew le?

Jennifer talbet xi ħaġa lil Claude. Jaqbel ma’ dak li trid? X’ħolma kellu Paul fuq il-mara tiegħu Miriam u x’qalilha lil Jennifer dwarha? Jennifer għamlet xi ħaġa speċjali biex il-ġurnata tal-anniversarju ta’ Paul jibqa’ jiftakarha. X’kienet?

Claire marret tara r-‘recording’ tal-vidjow ta’ Gina. X’ratu jagħmel dak ir-raġel li kien mar għandha? Min hu Neville u x’ġaralu?

Manwela għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.