Min hu Michael?

Sorelle jkompli llum fl-3.40pm fuq TVM u se naraw Angela x’qaltilha lil Maxine dwar Vince.

Samantha marret toqgħod għand Lorraine… x’ġaralha f’nofs ta’ lejl? Angela qed titlob għal kulħadd… x’inhi tgħid? Min hu Michael u x’mar jagħmel il-kunvent?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba la Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Dan l-episodju jkollu repetizzjoni llejla fuq TVM fil-11.30pm u nhar it-Tnejn fis-6.15am. Il-puntati kollha ta’ġimgħa sħiħa jixxandru fuq TVM2 għada s-Sibt mill-11am ‘il quddiem.