Min hu Melvin Theuma?

Read in English.

  • Melvin Theuma huwa xufier ta’ taxi, allegatament f’Portomaso. Għandu 41 sena u joqgħod Birkirkara.
  • Qed jitqies bħala s-sensar (middleman) bejn il-moħħ u l-qattiela fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
  • Theuma talab li jingħata l-maħfra fuq ir-reati kriminali kollha tal-passat, “qabel ma jitkellem dwar provi” b’rabta mal-każ.
  • Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-rakkomandazzjoni għall-maħfra għamilha bil-kundizzjoni li Theuma jagħti evidenza sostanzjali li twassal biex jitressqu xi nies il-Qorti.
  • Mhux magħruf fejn qed jinżamm bħalissa. Qed issirlu interrogazzjoni intensiva.
  • Skont rapporti, Theuma qed iħalli r-riżultati kemm fl-interrogazzjonijiet kif ukoll f’evidenza tanġibbli.
  • Melvin Theuma hu sinonimu ma’ lotteriji illegali kbar u użura.
  • Theuma daħal kmieni fid-dinja kriminali, bin-negozju tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Huwa f’din ‘il-klikka tal-Marsa’ li Theuma jidher li ġie f’kuntatt mal-aħwa Degiorgio. L-aħwa Degiorgio flimkien ma’ Vincent Muscat, il-Koħħu, jinsabu akkużati bl-assassinju ta’ Caruana Galizia.
L-istorja ta’ 17 Black
Timeline of a Maltese tragedy
  • Theuma ġabar ammont sostanzjali ta’ flus li reġa’ investa f’reati kriminali aktar serji.
  • Fl-2014, ħareġ li Theuma hedded lil raġel b’revolver, u ġiegħlu jiffirma għal €200,000. Dan il-każ partikolari huwa sinifikanti għax juri l-kobba mħabbla ta’ kriminalità li daħal fiha Theuma.
  • Fl-2007: Kien akkużat li għamel ħsara fuq vettura. Theuma ċaħad l-akkużi. Il-każ waqa’ minħabba nuqqas ta’ provi.
  • Fl-2003: F’Ġunju, Melvin Theuma, dakinhar ta’ 25 sena, ġie akkużat b’użura u li hedded lil min kien sellef il-flus minkejja li kien ħallas kollox lura. Ċertu Tony Muscat xehed kontrih fil-Qorti u qal li ssellef Lm2,000 mingħandu biex jilgħab fuq iż-żwiemel u tah lura Lm3,000. Żied jgħid li tliet xhur qabel issellef Lm3,000 mingħand Theuma u qabel miegħu li jagħtih Lm5,000 lura. Muscat qal li biex seta’ jħallas lil Theuma lura, kellu jissellef mingħand erba’ persuni oħra. Stqarr li hu u Theuma qatt ma għamlu ftehim bil-kitba, “għax kienu jafdaw lil xulxin”.
  • Dan kien biss il-bidu

Ir-rakkomandazzjoni tal-maħfra presidenzjali
“Jien m’iniex baħri tal-bnazzi”