Min hu l-aħjar sewwieq tat-trakkijiet?

Il-Bicycle Advocacy Groug (BAG) qed jistieden lill-membri tiegħu biex jivvuttaw u jagħżlu l-aħjar sewwieq ta’ trakkijiet fit-toroq Maltin.
Dan bil-għan li aktar sewwieqa jsiru konxji u jirrispettaw iktar il-liġijiet tas-sewqan.
Fl-aħħar jiem bdew iduru filmati fuq il-midja soċjali li juru sewwieq ta’ trakk isuq bl-addoċċ.
Minkejja dan, il-BAG semma sewwieq ta' trakk tal-ġebel li fl-aħħar jiem wera rispett lejn iċ-ċiklist u filwaqt li faħħru s-sewqan tiegħu qalu li mill-aġir tiegħu ħarġet l-idea ta' dan il-premju.
Il-BAG jippremja wkoll lin-negozji, kunsilli lokali u entitajiet tal-gvern li jgħinu u jippromovu  iċ-ċikiliżmu bħala mezz ta’ transport altenattiv.