Min hu “Kenneth”?

Read in English.

Kenneth Camilleri, sa ftit xhur ilu kien l-uffiċjal personali tas-sigurtà fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Ismu ssemma fix-xhieda minn Melvin Theuma, l-allegat sensar fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Camilleri, kien eks pulizija tat-traffiku u li kien jgħix Burmarrad. Wara l-2013, huwa ġie trasferit mas-Servizzi Sigrieti Maltin u mbagħad mal-Prim Ministru.

Theuma qal li hu rċieva telefonata minn “ċertu Johann Cremona u Kenneth li kien jaħdem Kastilja”. Theuma qal fil-Qorti li hu ssuspetta li dawn intbagħtu jew minn Keith Schembri inkella minn Yorgen Fenech. Theuma qal li Kenneth wiegħdu li l-akkużat se jieħu €1 miljun u l-ħelsien mill-arrest. Madanakollu ma ħa xejn minn dawn.

“M’iniex ċert jekk kienx Keith li bagħat lil Kenneth. Ma naħsibx li waqa’ mis-sema”, żied jgħid.