Min hu Johann Cremona?

Read in English.

L-isem Johann Cremona, illum issemma fil-Qorti waqt ix-xhieda ta’ Melvin Theuma, li qed jitqies bħala s-sensar fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Theuma kien qed jixhed kontra t-tliet akkużati bl-assassinju: George Degiorgio, Alfred Degiorgio u Vincent Muscat.

Kif semmieh Melvin Theuma?

  • Theuma qal li pprepara pendrive b’biċċiet mir-rekordings tad-diskussjonijiet li kienu saru f’Portomaso, fil-karozza u f’Level 21, ittra u ritratt. Hu bagħat din l-informazzjoni lil Johann Cremona, biex jurih li kellu r-rekordings f’idejh.
  • Theuma rċieva telefonata minn ċertu Johann Cremona u Kenneth Camilleri li kien jaħdem Kastilja. Dan wara li Fenech ċempel lil Theuma, jgħidlu li hemm problema, għax Vince Muscat kien beda jkellem lill-Pulizija dwar il-każ.  Theuma qal lill-Qorti, li hu jissuspetta li Cremona u Camilleri tqabbdu minn Keith Schembri u Yorgen Fenech.

Min hu Johann Cremona?

  • Involut fis-settur tal-gaming, b’rabtiet mal-każinò ta’ Yorgen Fenech. Fenech qed jiġi akkużat b’kompliċità fl-assassinju
  • Ibbażat f’Ħal Qormi
  • Flimkien ma’ Yorgen Fenech huwa direttur ta’ Best Play Gaming Ltd, li għandha uffiċċju rreġistrat f’Portomaso.
  • Għandu sehem  ukoll fi Classical Gaming Company, irreġistrat f’garaxx fil-Fgura.
  • Kumpanija oħra li Cremona għandu sehem fiha hija The Betting Company Ltd ibbażata f’Ħal Qormi.