Min hu George?

Inkellmu lil George Tabone dwar żviluppi fil-kumpanija Konnekt. 
X’ġabek biex tingħaqad ma' Konnekt?
Il-valuri, etiċi u s-sens ta’ għaqda għinuni nħossni mill-ewwel parti minn dik li għalija llum saret it-tieni familja u dar. Dawn kienu ftit mill-affarijiet għalfejn jien għażilt li naħdem ma' Konnekt.
X’fatturi ġiegħeluk tibqa’ mal-kumpanija? 
Jien ili nahdem ma' Konnekt għal dawn l-aħħar sentejn u għalkemm il-ġurnata tax-xogħol hija waħda ta’ sfida u intensita', il-passjoni lejn ix-xogħol tiżboq dan kollu u żżommok għaddej. Ir-rispett muri lejn il-ħaddiem u l-fatt li wieħed jista' jesprimi dak li jħoss bla ebda biża', huma wkoll fatturi li żammewni ma’ din il-kumpanija.
Kif rajt it-tim tiegħek jinbidel kemm ilek ma' Konnekt?
It-tim tal-kumpanija tagħna dejjem jiżviluppa u jikber kemm bħala numru u anke professjonalment. Mil-lat professjonali l-kumpanija tinvesti ħin u flus f’taħriġ kemm intern u estern. B’hekk il-ħaddiema jibqgħu aġġornati u anke jsaħħu l-ħiliet tagħhom biex is-servizz offrut ikun dejjem ta’ livell għoli.
Tista’ ssemmi esperjenza waħda li laqtitek kemm ilek ma' Konnekt?
Konnekt hija kumpanija vivaċi u l-ebda ġurnata m’hi bħall-oħra, kull ġurnata hija esperjenza fiha nfisha. Esperjenza partikolari li nibqa’ niftakar hija meta dħalt għall-ewwel intervista waħdi. Għalkemm ħassejtni eċitat, it-tim kien ippreparani sewwa b’għodda li għinuni inħossni kunfidenti.
Il-Konnekt ħarget b’logo u branding ġdid din is-sena. X’kien il-ħsieb wara dan?
 

Wara li s-sena l-oħra Konnekt għalqet għaxar snin minn meta ġiet mwaqqfa’, il-kumpanija ħasset il-bżonn ta’ tiġdid biex tibqa’ dejjem relevanti għaż-żminijiet tal-llum, għal-kumpaniji u kandidati li jużaw is-servizzi tagħna u bħala parti minn strateġija li tgħin biex wieħed jibqa’ kompettitiv.
Konnekt ġiet stabbilita fl-2007 u minn dik il-ġurnata kibret u żviluppat biex illum saret l-akbar u l-aktar aġenzija tar-reklutaġġ innovattiva f’Malta. Konnekt kisbet is-suċċess li għandha llum bis-saħħa tat-tim ta’ impjegati bħal George Tabone, li jaħdmu b’tant passjoni u dedikazzjoni, u l-kandidati u l-kumpaniji li Konnekt irnexxielha tlaqqa’ tul dawn is-snin. Ilum Konnekt hija kburija li qed tniedi branding ġdid li jirrifletti liż- żvilupp taż-żmien u t-triq li mxiet din il-kumpanija. Dan l-immaġni ġdida tal-kumpanija tirrifletti dan il-vjaġġ tal-fuq minn għaxar snin.
George Tabone jokkupa l-pożizzjoni ta’ Speċjalista fir-Reklutaġġ fi ħdan il-Konnekt.