Min hu Armando?

Peter Borg bħala Armando. Ritratt: Mario Mintoff

Illejla fl-8.45pm, Net Tv se jkun qed ixandar żewġ episodji oħra mis-sensiela Rubini. Fl-ewwel wieħed tal-lejla, Ġanni jasal id-dar u jsib lil Tania mitluqa wara l-bieb tad-dar. Xi ġralha? U min kien daħal għandhom? Roger u Charlene joqtlu persuna. Lil min? X’jiġri wara? Żewġ persuni jispiċċaw l-isptar fl-istess ġurnata.

Jiltaqgħu wara ħafna żmien, biex jerġgħu jinfirdu. L-ispettur jibqa’ mbellaħ b’dak li jara quddiemu fl-għassa, u l-gang ikollhom jaħarbu minn fuq il-post.

Fl-għaxar episodju, li jixxandar eżatt wara, Karl u Owen ma jieħdux pjaċir jaraw lil Samantha fuq il-gazzetta. Fejn sparixxa Roger?

Jurgen ikollu jitlaq lejn Sqallija għax ikun imfittex mill-pulizija. Angel jibda jiftaħ qalbu fuq il-passat tiegħu. Min hu Armando? Samantha tmur tfittex lil Robbie iżda ssib sorpriża mhix pjaċevoli tistennieha u tbigħ il-ġiżirana tar-rubini. Min hi Lorenza?

Fost oħrajn jieħdu sehem Andrei Grech, Sharon Calleja, Dorian Micallef, Andrew Attard, Ronnie Galea, Sandra Davis u Tania Bartolo.