Min hi ‘l-isbaħ tifla fid-dinja’?

Waqt li ħafna tfal madwar id-dinja qed jistennew bil-ħerqa il-btajjel tal-Milied u l-wasla ta’ Ġesù Bambin, flimkien ma' bosta rigali, iċ-ċkejkna Anastasia Knyazeva li għad għandha biss 6 snin, tinsab impenjata fid-dinja tal-moda bħala mudella.
Matul il-ġranet li għaddew, ħafna bdew jaraw ir-ritratti ta’ din it-tifla jduru fuq il-mezzi soċjali. Wieħed ma jdumx ma jifhem għaliex din it-tifla ġiet imsejħa l-isbaħ tifla tad-dinja, b’għajnejn lewn il-baħar u wiċċ “bħal tal-pupi” li ssebbaħ kull xena.
Omm ‘Anna’ tmexxi l-paġna tat-tifla fuq Instagram li bħalissa laħħqet kważi l-100,000 follower.
Inti taqbel li t-tfal jieħdu sehem f’kampanji tal-moda? Għidilna x’taħseb fuq info@newsbook.com.mt