“Min ħasel idejh u sab skuża biex jagħlaq il-portijiet irid jerfa’ r-responsabbiltà” – AD

REUTERS/FILE PHOTO

L-Alternattiva Demokratika qalet li min ħasel idejh u sab skuża biex jagħlaq il-portijiet irid jerfa’ r-responsabbiltà għal dawn l-imwiet.

Fi stqarrija miċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo, huwa qal li dan il-fenomenu qed jiġri mhux f’Malta biss, imma fl-Italja ukoll.

Saħaq li l-piż tal-immigrazzjoni m’għandhix tieħdu kollu Malta u għaldaqstant fisser li anke xi pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea li qed jaħslu idejhom għax skontu ilhom is-snin jostakolaw soluzzjoni dejjiema. Huwa qal ukoll li mhux il-pajjiżi kollha għax spjega li f’uħud minn dawn il-pajjiżi kien hemm min ħareġ għonqu ukoll minkejja l-oppożizzjoni tal-lemin estrem fil-pajjiżi differenti.

Magħhom ingħaqad il-Professur Arnold Cassola li qal li l-Prim Ministru Robert Abela huwa ipokrita meta jgħid li bħalissa qed jara żieda fil-valuri tal-familja u s-solidarjetà.

“Nikkundanna kliem b’mibiegħda razzjali”
Filmat: “Ġurnata ta’ festa u sagrifiċċju” – il-PM

Stqarr li fl-istess ħin li qal hekk, il-Prim Ministru abbanduna d-dgħajjes tal-immigranti bil-konsegwenza li uħud minnhom aktarx mietu.