Min għadda mal-aħħar 16 s’issa mit-Tazza Mondjali tan-nisa?

Il-fażi tan-knockout mit-Tazza Mondjali tan-nisa li qed issir bħalissa se tkun qed tibda fit-22 ta’ Ġunju. B’kollox 16-il tim, l-ewwel żewġ timijiet minn kull grupp, u l-aqwa erba’ timijiet li ġew fit-tielet post, se jkunu qed javvanzaw għal din il-fażi.

F’dan l-istadju, jekk il-logħba tibqa’ draw sad-90 minuta, jintlagħab l-extra time iġifieri żewġ perjodi ta’ kwarta l-wieħed. Hawn it-tim ikun jista’ jagħmel ir-raba’ tustituzjoni. Jekk jibqgħu bl-istess skor, il-logħba tgħddi għall-fażi tal-penalties, fejn skont l-ammont ta’ goals, jiġi deċiż min jgħaddi fil-fażi li jkun imiss.

S’issa jidher li rnexxielhom jagħmluha għal din il-fażi tal-aħħar 16 it-timijiet li ġejjin; Franza, il-Ġermanja, l-Italja, l-Ingilterra, il-Ġappun, il-Kanada, l-Olanda, l-Iżvezja u l-Amerka.