Min ċempel lill-Madre?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa li jixxandar fl-3.45pm fuq l-istazzjon Melita More se naraw għaliex Felix iħossu mhedded mis-supretendent? X’se jgħidlu dwar Turu? X’se jkunu qed jgħidu Psaila u Decelis dwar Felix meta dan joħroġ mill-uffiċċju?

Għaliex Saviour Żammit Torregiani jidħol irrabjat fl-uffiċċju tal-madre? Min se jċemplilha?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.