​Min bejn Neuer, Messi u Ronaldo, se jirbaħ il-Ballun tad-Deheb?

Minn hawn u ftit tal-minuti oħra, id-dilettanti kollha tal-futbol se jkunu fuq min se jirbaħ il-Ballun tad-Deheb.
It-tliet kandidati huma Manuel Neuer, Lionel Messi u Cristiano Ronaldo.
Neuer il-gowlkiper ta’ Bayern München u tat-tim nazzjonali Ġermaniż, se jipprova jkun it-tieni gowlkiper rebbieħ ta’ dan it-titlu.
L-uniku gowlkiper rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb kien ir-Russu Lev Yashin, fl-1963.
Il-gowlkipers Taljani Dino Zoff u Gianluigi Buffon kienu ġew fit-tieni post wara Johan Cruijjf u Fabio Cannavaro rispettivament, fl-1973 u fl-2006.
Minn naħa l-oħra Messi u Ronaldo, rebħu dan it-titlu erba’ darbiet u darbtejn, rispettivament.
Maradona wera l-opinjoni tiegħu u qal li Neuer għandu l-kredenzjali kollha meħtieġa biex jirbaħ il-Ballun tad-Deheb.
Nistennew u naraw jekk il-Pipe de Oro għandux raġun.