Min baqa’ jimpressjona fil-Premier League Ingliż?

Ritratt: Wayne Rooney, Gareth Bale u Raheen Sterling

Matul dawn l-aħħar 28 sena kien hemm bosta plejers żgħażagh fil-Premier League Ingliż li impressjonaw ħafna, minn Robbie Fowler sa Raheem Sterling. Iżda kemm minn dawn baqgħu għaddejjin fil-karriera biex saru ismijiet kbar fid-dinja tal-futbol?

Raheem Sterling hu l-aktar plejer żagħzugħ li qatt skorja għal Arsenal f’Anfield. Kellu 17-il sena u 317 ġurnata meta skorja kontra Reading f’Ottubru 2012.

Robbie Fowler skorja l-akbar numru ta’ gowls  fl-istorja tal-Premier League qabel ma kien għalaq il-21 sena. Skorja 64 darba.

Gareth Bale jibqa’ l-aktar plejer li sewa flus fl-Istorja tal-Premier League meta kien inbiegħ mit-Tottenham għal Real Madrid għal prezz ta’ €51 miljun.

Nicolas Anelka hu l-uniku plejer fl-istorja tal-Premier League li skorja aktar minn 20 gowl ma’ erba’ klabbs differenti: Arsenal, Bolton, Chelsea u Manchester City.

Imbagħad hemm Wayne Rooney li skorja 183 gowl għal Manchester United, l-aktar li plejer qatt skorja gowls għal tim wieħed fl-istorja.

Mix-xellug għal-lemin: James Milner, Nicolas Alenka, Michael Owen

James Milner għandu r-rekord li lagħab fl-aktar numru ta’ logħob mat-tim tiegħu bla ma kien f’dak tellief. Lagħab f’54 logħba li minnhom rebħu 43 waħda.

Ryan Giggs kien dak il-plejer li għen lil plejer sieħbu biex jiskorja gowl billi qassamlu l-ballun. Għamel dan ma’ 45 plejer.

Michael Owen hu l-iktar plejer żagħżugħ li laħaq skorja 100 gowl fil-Premier League. Għamel da meta kellu 23 sena u 133 ġurnata.