Milqugħa 80 talba għal parkeġġ riservat

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, intlaqgħu madwar 80 talba għal parkeġġ riservat.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.
B’kollox ġew approvati parkeġġi riservati fi 32 lokalità b’medja ta’ 2.5 parkeġġ għal kull lokalità.
Il-Fgura kien l-iżjed lokalità li fiha ġew approvati parkeġġi riservati – disgħa. Din kienet segwita bi tmien parkeġġi riservati approvati f’Raħal Ġdid. San Pawl il-Baħar ikklassifika fit-tielet post b’sitt parkeġġi riservati. Ħal Qormi u l-Imsida segwew b’ħames każi il-wieħed.