Milner ikollu jagħmel il-punti darbtejn minħabba l-ferità f’moħħu

James Milner tella’ ritratt fuq il-midja soċjali fejn tidher id-daqqa’ li qala’ waqt il-logħba kontra Southampton. Milner li għandu 33 sena ħabat rasu ma’ James Ward-Prowse minħabba li t-tnejn għolew fl-arja għall-ballun.

Milner kellu jieqaf mil-logħba għal ftit sakemm rabtulu rasu biex seta’ jilgħab il-kumplament tal-logħba fejn Liverpool rebħu 2-1. Hu wera kemm hi fonda l-ferita li qegħda ftit ‘l fuq minn għajnejh il-leminija permezz ta’ ritratt li tella’  fuq Instagram. Hu qal li kellu jagħmel il-punti darbtejn, iżda ma naqasx milli jkun umoristiku.

Sadio Mane skurja l-ewwel gowl għal-Liverpool fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima. F’nofs it-tieni taqsima kien Roberto Firminio li għalaq il-logħba bit-tieni gowl.