Mill-vaganzi tas-sajf spiċċaw f’atmosfera tal-Milied

Fl-Italja hekk kif il-parti l-kbira tal-popolazzjoni f’dawn il-ġranet tħalli l-ibliet u terħilha għall-vaganzi tal-Ferragosto, dawk li għażlu li flok iqattgħu il-vaganzi mal-baħar, reħewlha lejn il-muntanji kellhom sorpriża tistennihom.
Filfatt fuq il-muntanji fir-reġjuni tal-Lombardia, il-Veneto u t-Trentino, maltempati bis-silġ ikkaraterizzaw il-vaganzi tas-sajf li pjuttost saru jixbħu iktar il-vaganzi tal-Milied.
Minkejja li fuq il-muntanji it-temperaturi f’dan iż-żmien tas-sena jibqgħu baxxi u sikwit jifdal it-traċċi tas-silġ, maltempati bil-borra f’dawn il-ġranet m’humiex daqshekk komuni. Normalment anzi, is-silġ bħal daż-żmien ikun qed idub u jkun hemm ir-riskju ta’ valangi.