Mill-qorti

Il-Pulizija ressqet taħt arrest lil Dambele Fusseini ta’ 34 sena imwieled il-Mali u residenti Ħal Far. Quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Anthony Vella, Fusseini kien akkuzat li fi ġranet differenti fl-2006 u l-2008, huwa ħarab mill-post ta’ kustodja li huwa Ħal Far. L-imputat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu u ngħata sitt xhur priġunerija.

Intant, il-Pulizija ressqet taħt arrest lil Giuseppe Cassar ta’ 53 sena residenti Marsaxlokk. Quddiem l-istess Maġistrat huwa ġie akkużat li tliet ijiem ilu u fix-xhur preċedenti influwenza persuna bil-għan li din tiġi sfruttata għall-prostituzzjoni. Fost affarijiet oħra, huwa kien akkużat li żamm burdell u li kellu fil-pussess tiegħu d-droga kokaina.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkuzi miġjuba fil-konfront tiegħu, ma ngħatax libertà proviżorja u ntbagħat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.