Mill-pjazza għall-providenza

Għas-sitt sena konsekuttiva, il-Grupp Żgħażagħ Kirkop, organizza attivitajiet mill-pjazza ta’ din l-istess lokalità sabiex jinġabru fondi għad-Dar tal-Providenza.

Flimkien ma’ Fr John Curmi mill-parroċċa ta’ San Leonard f’Ħal Kirkop, iż-żgħażagħ sfidaw it-temp ta’ dalgħodu u mlew il-pjazza b’diversi attivitajiet. Sar ukoll ġbir mill-familji ta’ Ħal Kirkop stess kif ukoll mixja mir-Rabat sa Ħal Kirkop. Is-somma miġbura hija ta’ €4,500.

Ritratti: Pierre Balzia/KKP Żgħażagħ