Mill-klassi għall-Pjazza Tritoni waqt it-tnedija ta’ Milied Flimkien

Diskussjoni dwar d-donazzjoni tad-demm u l-organi waqt lezzjoni tal-PSCD fl-iskola sekondarja ta’ Santa Lucija wasslet biex grupp ta’ student ġew mistiedna mill-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca biex jagħmlu l-appell tagħhom waqt it-tnedija tal-kampanja Milied Flimkien fi Pjazza Tritoni l-Belt Valletta.

Kollox beda waqt il-lezzjoni tal-PSCD fejn kien qed jigi diskuss id-donazzjoni tad-demm u l-organi. Waqt li l-istudenti qablu b’dan il-ġest altruwistika wieħed jista tassew jsalva ħajja, intebħu li f’pajjizna ma’ hawnx biżżejjed għarfien dwar dan is-suġġett, speċjalment fejn jiġi d-donazzjoni tal-organi. Waqt jum il-ġenituri, ittellet stand fejn adulti ‘l-fuq minn sittax il-sena ġew imħeġġa biex jirreġistraw bħala donaturi.

Imma taħsbux li dawn l-istudenti waqfu hawn.

Ħarġu bl-ideja li jibgħatu ittra lil President ta’ Malta biex iħeġġuha tingħaqad magħhom u tagħmel appell lil poplu Malti u Għawdxi. Kien hawn li l-President stiednet li grupp minnhom biex il-Ħamis 20 ta’ Dicembru, waqt it-tnediha tal-kampanja Milied Flimkien, jingħaqdu magħha.  Mhux biss, imma tathom ftit mill-ħin allokat għaliha biex jagħmlu diskors qasir fuq id-donazzjoni.  Fl-appell tagħhom l-istudenti fakkru kemm b’dan il-ġest wieħed jista’ tassew jerġa jagħti ħajja u ġejjieni ġdid lil min tilef kull kuraġġ u tama. Wara, il-President ta’ Malta ingħaqdet mal-appell tagħhom u ħeġġet biex dan il-messaġġ jingħata widen. Appellat ukoll lill-poplu Malti biex jaħseb f’dawk li fil-Milied jgħaddu mis-solitudni u jiftaħ qalbu u daru għal dawn in-nies.

B’din l-esperjenza ħelwa li għaddew minnha dawn l-istudenti f’dawn il-ġranet tal-Milied żgur li ser isservihom għall-ħajjithom kollha: fil-ħajja kull ħolma jew xewqa tista’ jsir realtà biss jekk jkollna l-kuraġġ nistinkaw u naħdmu għaliha.

Andrew Baldacchino