Havana: Mill-Karibew għal Malta

Havana Club Rum u Juuls dan l-aħħar ingħaqdu biex ġabu ftit mill-aħjar mużiċisti mill-Karibew f’Malta u ħolqu skambju mużikali interkulturali uniku f’Malta.
‘Havana meets Kingston’ hu proġett imniedi mill-kantantawtur popolari Mista Savona, li qed iqajjem eċitament fost miljuni ta’ ammiraturi tal-mużika madwar id-dinja.
Artisti minn kuntesti differenti ingħaqdu biex jaqsmu flimkien il-passjoni tagħhom għall-mużika ma’ persuni bl-istess gosti.
Fl-attivita’ li saret Malta fit-2 ta’ Lulju fi Fra Ben, il-Qawra, dawk preżenti ħadu gost bil-mużika diretta, cocktails ta’ Havana Club, ikel Kuban u suq artiġjanali.
Dawk li attendew tgħallmu wkoll kif iħalltu l-Havana Club Mojito tagħhom f’atmosfera sajfija kkulurita.
Ritratt: Havana