Mill-inqas għoxrin persuna nqatlu f’sensiela ta’ splużjonijiet fin-Niġerja

Mill-inqas għoxrin persuna nqatlu f’sensiela ta’ splużjonijiet fi stazzjon tal-karozzi tal-linja f’Kano fin-Niġerja.

Diversi karozzi tal-linja sfaw meqruda, bl-ebda grupp ma refa’ responsabbiltà għal dan l-attakk. Madanakollu, l-militanti Islamistiċi minn Boko Haram attakkaw il-belt ta’ Kano diversi drabi. Kano hija waħda mill-ibliet fit-Tramuntana tan-Niġerja.

Hu mifhum li mal-għoxrin katavru ntlemħu wara l-isplużjonijiet.