Mill-inqas 92 mejta wara għargħar fil-Kolombja

Mill-inqas 92 persuna tilfu ħajjithom u bosta oħra jinstabu midruba wara għargħar li laqgħat il-lbiċ tal-Kolombja. Dan wara lejl ta’ xita qawwija fil-provinċja ta’ Putumayo.
Bosta nies għadhom nieqsa b’uffiċjal fl-armata jgħid li l-isptar fl-nħawi qiegħed ibgħati biex ilaħħaq mal-influss fl-emerġenza.
Il-President Kolombjan Juan Manuel Santos qal li l-forzi armati tal-pajjiż kien se jintbagħtu fl-inħawi bħala parti mir-rispons nazzjonali ta’ emerġenza. Il-President Santos saħaq li l-pajjiż kien jinstab f’luttu.
Skond l-uffiċju meterjoloġiku tal-Kolombja x-xahar ta’ Marzu kien l-aktar wieħed li fih niżlet xita sa mill-2011.