Mill-inqas 17 mejta f’attakki-bomba fl-Afganistan u fis-Somalja

Fl-Afganistan, mill-inqas 12-il persuna tilfu ħajjithom u għexieren indarbu f’attakk b’bomba fuq rekluti tal-Pulizija, li kienu qed jivvjaġġaw f’karozza tal-linja meta ntlaqtet minn mutur, aktarx ikkontrollat b’remote control.
Fis-Somalja, splużjoni oħra, b’karozza-bomba, qatlet ħames persuni quddiem ristorant li jinsab ħdejn uffiċji tal-Gvern.
Skont rapporti mill-post, l-intenzjoni jidher li kienet ta’ splużjoni li toqtol ħafna nies waqt li kienu qed jixtru.