Mill-Ħamis jibdew trials ta’ vaċċin fir-Renju Unit

Read in English.

Mill-Ħamis li ġej se jibdew trials ta’ vaċċin kontra l-coronavirus fir-Renju Unit.

Is-Segretarju għas-Saħħa Ingliz Matt Hancock qal li huwa ċert li l-Gvern se jagħti dak kollu li jista’ biex tiġi żviluppata tilqima. Spjega li r-Renju Unit investa aktar flus minn kull pajjiż ieħor biex tiġi żviluppata tilqima.

Semma’ li se jkun hemm trials fl-universitajiet ta’ Oxford u ta’ Imperial College London. Qal li dawn iż-żewġ proġetti qed jagħmlu ħafna progress. Qal li l-Gvern Ingliż se jkun qed jagħti £20m lit-tim ta’ Oxford biex jiffinanzja l-clinical trials li se jibdew din il-ġimgħa.

Skont l-editur tas-saħħa tal-BBC Michelle Roberts, hemm ħafna gruppi ta’ xjentisti madwar id-dinja li qed jippruvaw jiżviluppaw tilqima. Spjegat li l-grupp ta’ Oxford qed jitmexxa minn Prof. Sarah Gilbert. It-testijiet se jibdew isiru fuq voluntiera umani.

Il-pjan huwa li jsir test fuq madwar 500 voluntiera sa nofs Mejju. Jekk il-proġett ikun ta’ success, it-tilqima mbagħad tingħata lil eluf ta’ voluntiera oħra.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn