Mill-ġimgħa d-dieħla tista’ żżur l-anzjani fir-residenzi bla perspex

Mill-ġimgħa d-dieħla l-qraba ta’ dawk il-persuni li qegħdin fir-residenzi għall-anzjani jistgħu jagħmlu ż-żjarat tagħhom mingħajr l-użu tal-ħġieġ jew perspex bejniethom.

Fi stqarrija s-Segretarjat għall-Anzjanità Attiva qal li mill-1 ta’ Lulju l-anzjani jistgħu jibdew joħorġu mir-residenzi. Iċ-ċirkolari li ħarġet ma tapplikax għar-residenza ta’ San Vinċenż, iżda tapplika biss għar-residenzi għall-anzjani tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat.

F’ċirkolari l-Awtorità tal-Istandards tal-Kura Soċjali qalet li tirrakomanda li mid-9 ta’ Ġunju d-djar jistgħu jibdew jneħħu xi miżuri fil-faċilitajiet residenzjali. Qalet li d-Djar għandhom jerġgħu jibdew l-attivitajiet fi ħdanhom. Persuni anzjani jistgħu jissoċjalizzaw f’żoni komuni mingħajr ma jkunu limitati għall-kmamar jew is-sulari rispettivi tagħhom.

L-Awtorità qalet ukoll li għandha tinżamm distanza ta żewġ metri bejn ir-resident u l-viżitaturi. Idealment ikun hemm indikazzjoni ta’ dan b’xi sinjal fl-art.

Il-viżitaturi għandhom jilbsu maskra jew visor. M’għandhomx imorru jaraw lill-qraba tagħhom jekk ikunu morda.

Tista’ taqra ċ-ċirkolari sħiħa minn hawn:

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn