Mill-ġdid tajba għall-għawm

Iż-żona tal-għawm f’San Ġiljan li tinsab faċċata ta’ Triq Wilġa hija tajba għall-għawm. Fi stqarrija d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika qal li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar matul l-aħħar jiem, il-kwalità tal-baħar f’din iż-żona hija tajba għall-għawm. Id-Direttorat qal li għalhekk l-avviż li kien ħareġ biex il-pubbliku ma jgħumx f’din iż-żona issa qed jiġi rtirat.

Id-Direttorat qal li kull min irid iktar informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm, jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru 2133 7333 mit-8.00am sas-2:30pm. Jista’ wkoll jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tad-direttorat li jinsab f’Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.  Wieħed jista’ wkoll iċempel fuq is-sistema awtomatika 2182 7146 jew fuq il-in-numru +356 7950 9918 għal Malta u fuq +356 7950 9919 għal Għawdex.

Il-pubbliku jista’ wkoll iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook jew is-sit uffiċjali tad-Direttorat, għal informazzjoni fuq il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm.