Mill-ġdid il-puntati tar-raba’ staġun ta’ Division 7

L-istazzjon Melita More, li issa huwa disponibbli għall-abbonati kollha ta’ Melita, llum se jkun qed ixandar puntata oħra mir-raba’ staġun. Din is-sensiela qed tixxandar fuq dan l-istazzjon mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-7.45pm.

Dan hu dak li se jkun qed jiġri fil-puntati li se jixxandru din il-ġimgħa:

It-Tnejn 30 ta’ Marzu

X’sabet Chloe fil-garbage bag li ħalliet barra Raisa? X’hemm li jista’ jgħinhom fil-każ ta’ Tino? Vicky ġiet mgħeddha li ddaħħal id-drogi l-ħabs għal Therese. Kif se tiżvolġi l-istorja? Se jmur kollox sew? Jew se jinqala’ xi ntopp ieħor fil-ħajja ġa kkumplikata ta’ Vicky?

It-Tlieta 31 ta’ Marzu

Min hu t-tfajjel li rajna fl-aħħar episodju? X’inhu r-rwol tiegħu fl-istorja? Għandu xi konnessjoni ma’ xi ħadd mill-karattri l-oħra? Vicky fetħet qalbha ma’ Mariella. Għamlet sew? Se żżomm ħalqa magħluq Mariella?

L-Erbgħa 1 ta’ April

Kif se tkompli l-istorja bejn Sarah u Troy? Jidher li l-affarijiet bejniethom sejrin tajjeb, iżda’ kemm se jdum Troy iżomm is-sigriet minn Sarah? Min hi l-persuna li se jmur isegwi Ben? Għala Amy għandha daqshekk interess li ssir taf min hi?

Il-Ħamis 2 ta’ April

Issa li Sarah saret taf il-verità dwar il-marda kiefra ta’ Troy, x’se jigri? Se tmur tgħidlu? Se żżomm l-uġiegħ ġo fiha u tħalli kollox kif inhu? F’dak il-każ, jirnexxielha żżomm l-emozzjonijiet tagħha? X’jiġri bejn Troy u missieru jekk jerġa’ jsir jaf li gidiblu? Se jaħfirlu din id-darba?

Il-Ġimgħa 3 ta’ April

Amy qegħda ħażin minħabba Amir. Se jirnexxielha tasal għalieh bil-modi tagħha? Jew Amir moħħu f’Mandy? Jista’ jkun li Amir sempliċement ma jridx relazzjoni? Chloe qed tissuspetta fuq Roderick u l-flus li għandu. X’se jiġri?