Mill-funeral ta’ Enrica jinġabru €10,000 għal Puttinu

Mill-funeral ta’ Enrica li sar ilbieraħ fil-Parroċċa ta’ San Ġiljan inġabbru €10,000 li ġew ppreżentati llum b’donazzjoni waqt il-maratona li għaddejja bħalissa b’risq Puttinu Cares. Ħabbar dan Fr Claude Portelli li għamel l-Omelija waqt il-funeral tagħha.

Minkejja t-tbatija li għaddejjin minnha, omm u missier Enrica taw id-donazzjoni waqt il-maratona li għaddejja bħalissa mill-istudios fil-Marsa fejn ippreżentaw iċ-ċekk ta’ €10.000.

Puttinu Cares

Fil-Quddiesa li kienet ikkonċelebrata mill-Isqof Awżiljaru Mons. Joe Galea Curmi, Fr Claude qal li Enrica, tifla kuraġġjuża, għexet ħajja mimlija mħabba u sempliċità u ħalliet impatt kbir fuq il-persuni li misset magħkom tul ħajjitha. Huwa qal li Enrica tagħti lezzjoni dwar kif għandna ngħixu ħajjitna meta ħafna drabi wieħed jikkumplika ħajtu flok jgħix sempliċi.

ARA: Enrica, tifla kuraġġjuża li għexet ħajja mimlija mħabba u sempliċità

Enrica mietet fis-6 ta’ Settembru li għadda wara snin tiġġieled il-marda tal-kanċer. Ma din l-aħbar, kienu bosta l-kummenti tan-nies li esprimew id-dispjaċir tagħhom.

AQRA: Daqsekk bkejt… il-biki issa kollu għalina – Puttinu Cares

Trid tgħin lil Puttinu?

Tista’ ċċempel fuq:
5190 2062 – €50
5180 2008 – €25
5170 2008 – €15
5160 2007 – €10

Tista’ tibgħat SMS fuq:
5061 8939 – €6.99